Dalgħodu anzjana ta’ erbgħa u sebgħin sena mill-Fgura ntlemħet mejta fil-baħar biswit il-binja tal-eks Maċina fl-Isla. Il-katavru nstab għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar fi Triq it-Tarzna, fl-Isla.
Fuq il-post kien hemm il-preżenza tal-pulizija kif ukoll il-Forzi Armati ta’ Malta fejn skattat b’operazzjoni sabiex iddaħħlu l-katavru lejn l-art. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.