Jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet biex jinfetħu l-iskejjel – One News

Notifiki

Jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet biex jinfetħu l-iskejjel

It-trasport b’xejn lill-istudenti kollha tal-Primarja u Sekondarja ser jibqa’ jingħata fis-sena skolastika li jmiss, iżda bi prekawzjonijiet stretti sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard bejn l-istudenti.

Minkejja dan il-ġenituri kollha qed jiġu mħeġġa sabiex jekk huwa possibli, għalissa jwasslu lit-tfal huma lejn l-iskola, jew bil-mixi jew b’mezz ta’ trasport ieħor. Ġimagħtejn ‘il bogħod mill-ftuħ tal-iskejjel, ma’ dan l-istazzjon, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri spjega kif fost l-oħrajn, wara kull vjaġġ, il-vannijiet tal-istudenti se jkunu qed jiġu mnaddfa.

“It-trasport b’xejn se jibqa’ jiġi offrut ittieħdu numru ta’ miżuri fosthom illi l-vetturi mhux se jkunu qed jimtlew mija fil-mija minnhom iġifieri naqqsna l-capping, il-volum tat-tfal li jitilgħu fit-trasport. Se jittieħdu miżuri li f’kull trasport se jkun hemm sanitizers għall-użu tal-istudenti, kull student jista’ jitla biss fil-vettura jekk jilbes il-maskra u se nkunu qed naraw bejn vjaġġ u ieħor l-operaturi se jknunu qed innadfu kemm il-darba il-vetturi tagħhom.”

Din il-miżura tat-trasport hija waħda minn sensiela ta’ miżuri li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa fl-aħħar jiem sabiex jiżgura ambjent sigur lill-istudenti Malti u Għawdin meta jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola fl-aħħar ta’ Settembru li ġej.  Fost dawn naraw kif issa l-ġenituri ma jistgħux jidħlu fil-bini tal-iskola u li t-tfal mhumiex ser joħorġu kollha ma’ xulxin xħin iddoqq il-qanpiena tat-tluq.

“Għandna madwar ħamsin miżura wħud minnhom jibdew mid-djar stess tal-familji, sempliċi ħafna meta tqum filgħodu t-tifel jew tifla ara li tkun tiflaħ, ara li m’għandix sintomi, iċċekjala t-temperatura u tieħux riskji kemm għat-tifla jew tifel kif ukoll għal dawn fil-klassi imbagħad se jkun hemm miżuri ta’ qabel ma tidħol l-iskola.”

Is-Segretarju Permanenti saħaq li bħalissa għaddejjin diversi laqgħat u sessjonijiet ta’ taħriġ mal-għalliema, ġenituri u anke studenti. Apparti dan, bdew ukoll aġġornamenti online dwar dawn il-miżuri favur l-edukazzjoni u saħħet it-tfal.

Ma jistax jonqos li fl-iskejjel għaddejja attività ma taqta’ xejn b’sensiela ta’ tħejjijiet biex wara aktar minn sitt xhur, l-iskejjel jerġgħu jilqgħu t-tfal.

“Għaddejjin ħafna laqgħat ma’ kapijiet tal-iskejjel, hemm disgħin laqgħa li għaddejja mal-għalliema  tal-iskejjel kollha tagħna, hemm ukoll sessjonijiet mal-ġenituri u l-istudenti u mal-għalliema kif jużaw pjattaformi diġitali u mil-lum se nkunu qed noħorġu aġġornamenti dwar miżura miżura x’se nkunu qed nieħdu biex kulħadd ikun infurmat tajjeb dwar il-miżuri li nkunu qed nieħdu.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *