‘Ideat Progressivi: Djalogu apert’ – One News

Notifiki

‘Ideat Progressivi: Djalogu apert’

 

It-Tlieta t-Teatru Orpheum fil-Gżira se jilqa l-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Nisa Laburisti, li se ssir bil-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn biex titħares is-saħħa u s-sigurtà ta’ kull min jattendi. Din kellha ssir fl-ewwel kwart tas-sena, iżda ġie posposta minħabbal l-pandemija tal-COVID-19.

Il-President ta’ Nisa Laburisti, Nikita Zammit Alamango, spjegat li kollox se jdur mat-tema ‘Ideat progressivi: djalogu fl-apert’, fejn in-Nisa Laburisti se jressqu mozzjoni b’bidliet li jħossu li huma meħtieġa. Wara l-konferenza stess, dak li ġie mressaq fil-mozzjoni se jkompli jiġi diskuss mal-partijiet kollha involuti u anke mas-soċjetà ċivili.

“Se ningħaqdu mal-Forum Żgħażagħ Laburisti u nitolbu tibdil fil-liġi tal-kannabis, se nitolbu wkol tibdil fil-liġi tal-IVF u f’tad-divorzju, li konna kkampanjajna għaliha fl-2011.”

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela se jwassal ukoll id-diskors tiegħu għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija. Kull min jattendi huwa mitlub jilbes maskra.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend