It-twissijiet ta’ riħ qawwi fl-akwati tal-kosta tal-punent qed ikunu ta’ theddida għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar li qed jikkumbattu n-nirien li skattaw fl-istati ta’ Oregon, Kalifornja u Washington.
In-nirien ilhom għaddejjjin għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat fejn sa issa diġà inqerdet medda enormi ta’ art kif ukoll eluf ta’ djar residenzjali. Eluf ta’ persuni li jgħixu fil-madwar kellhom jitilqu minn djarhom u sa issa minn tal-inqas 33 persuna mietu filwaqt li għexerien għadhom mitlufa.