BIL-FILMAT: Bernard Grech jilmenta mill-penali wara li ma kienx ħallas it-taxxa – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Bernard Grech jilmenta mill-penali wara li ma kienx ħallas it-taxxa

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilmenta għall-penali li trid tħallas skont il-liġi meta tonqos tonora l-obbligi tat-taxxa. Meta maqbud fuq sieq waħda hekk kif il-Ħadd kien Għawdex jikkanvasja fit-tellieqa ħarxa għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Grech mill-bidu deher skomdu u nstaram hekk kif ra lil ONE News ġejjin bil-mistoqsijiet skomdi mmens għalih.

Wara li kien naqas iħallas eluf kbar ta’ ewro f’kontijiet tat-taxxa, liema kontijiet hemm minnhom li saħansitra jmorru lura għal disa’ snin ilu, Grech beda jilgħabha tal-vittma u saħaq li hu mġarrab.

“Li meta d-dipartiment inti tonqos li tħallas it-taxxa, inti jagħmillek ovvjament il-penali u anki l-imgħax. Sfortunatament dawn il-penali huma aspissjanti, ikunu kwantitajiet kbar u min qed jismgħani, nispera li ġġibuha din il-parti wkoll, ibati minnha din u fil-fatt din irridu nħarsu lejha wkoll fil-futur jekk k’Alla jrid għaliex jien ġarrabtha u nixtieq lin-nies ma jġarbuhiex bl-istess mod għaliex dawn it-tip ta’ penali u imgħaxijiet eżorbitanti jkissru lin-nies.”

Bernard Grech li warajh hemm il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li tant tippriedka fuq it-trasparenza u l-kontabbilità kellu miegħu Għawdex, id-deputati Nazzjonalisti Chris Said u Kevin Cutajar. Mistoqsi dwar mis-appropjazzjoni tal-VAT wara li wkoll kien naqas li jħallas f’eluf kbar t’ewro f’VAT, Bernard Grech dar mal-lewża dwar jekk dan hux reat kriminali.

Meta staqsejnih dirett jekk li jiġbor il-flus m’għand in-nies u ma jħallasx il-VAT hux reat kriminali, qal biss li issa m’hemmx proċeduri kontrih.

“Pero inti kont qed tiġbor ukoll, kont qed tiġbor is-sommom m’għand il-klijenti biex tħallas il-VAT u lanqas dik ma kont qed tħallas. Dan huwa reat kriminali mhux hekk?”
“Pero imbagħad jien għażilt illi nċedi dan id-dritt fil-fatt ħallast l-ammonti kollha.” “Mis-appropjazzjoni tal-VAT mhux reat kriminali?” “Jekk huwiex reat kriminali, m’hemm l-ebda proċeduri kirminali kontrija.”

Konxju tal-pressjoni li dejjem qed tkompli tikber fid-dawl tal-mistoqijiet kbar li hemm fuq rasu, Bernard Grech kompla jirrispondi li hu mhux kriminal anke jekk l-evażjoni tat-taxxa huwa meqjus bħala reat kriminali.

 “Il-klijenti tiegħek kienu qed javdawk bis-somma tal-VAT biex tħallasha u inti din ma ħallastiex kif taħseb li n-nies issa se jkunu qegħdin jafdawk biex fl-aħħar mill-aħħar tmexxi l-finanzi tal-pajjiż?

Mela żgur in-nies jafdawni għax jien lanqas jien kriminal.”

Il-pressjoni fuq Bernard Grech u d-dikjarazzjonijiet tad-dħul tiegħu kompliet tiżdied hekk kif stħarriġ mill-gazzetta t-Torċa u li sar flimkien ma’ esperti u aġenziji indipendenti qamu mistoqsijiet kbar. Fost oħrajn dan l-istħarriġ wera diskrepanzi bejn dak li ddikjara Grech fl-elfejn u dsatax meta mqabbel ma’ salarji li jagħmlu avukati bl-istess esperjenza tiegħu. Is-sena l-oħra Grech iddikjara dħul ta’ kważi disgħa u għoxrin elf ewro madankollu fil-verità avukat bl-esperjenza ta’ Grech jaqla’ sa massimu ta’ sebgħin elf ewro fis-sena.

Intant meta affaċċjat b’iktar mistoqsijiet Bernard Grech beża’ jwieġeb aktar u ħarab jiġri ‘l bogħod minn ONE News għaliex qal li għandu xi appuntamenti. Naħseb għandi dritt insaqsik.” “Weġibtek, grazzi għax għandi appuntament oħrajn ta’….Għandna l-appuntamenti tal-Home visits, weġibtlek id-domandi kollha nirringrazzjak. “Wettaqt ir-responabbiltajiet kollha. Mhux fuq hekk qed insaqsik. Mhux fuq hekk qed insaqsik. Grazzi no further questions. Grazzi.”

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. grech jaf li skond il-Vanġelu li jgħid li jaqra irid jgħatti lill-Alla dak li hu ta Alla u lil ċesare dak li hu ta ċesare! U mela nparlaw biss. Taf xi jkisser lin-nies grech?… Li huma jħallsu dak dovut u ħaddieħor jevita milli jħallas!! Imma kif kull minn jilgħabha tal-qaddis dejjem hekk isdibu!!! Ix-xitan anġlu ħdejhom dawn!!! U sħabu charlie jude u joe Beirut kif ma qalu xejn?

    1. Ghax dawk listess.Saqsihom kif jithallas sacerdot bil penzjoni li kellu mpjieg ma xi entita tal knisja.Saqsihom fuq dawk iz zewg qassisin li kienu jaghlmu seminarju kif kienu jithalsu.Anqas minimu wage ma kienu jinataw.

  2. Haddiem tinqatalu it taxxa mill paga mall ewwel.Imbierek Alla dan 9 snin ma jhallas taxxa u l flus tal vat zammhom ghandu.Min kien responsabli fdawn id dipartimenti ghall dan lagir.Id diretturi tal VAT U TAXXA ghandhom jaghmlu stqarrija fuq dan

  3. Dan b grech wara li ma hallas taxxa ghall 9 snin ippretenda li l penali ma ghandux ihallashom.Mur gibu jkun priministru kemm jaksu lill haddiem u kemm jaghmillu taxxi.U lflus tal vat xaghmel bihom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend