Anzjan ta’ 72 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa bejn karozza tat-tip Nissan GTR misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Isla u karozza oħra ta’ tip Suzuki Alto.
Mal-anzjan kien hemm passiġġiera anzjana ta’ 70 sena residenti l-Fgura. Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lil xufier minnhom l-isptar. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi ħfief, filwaqt li l-anzjan ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel ta’ 34 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.