Ajruplan ta’ Ryanair niżel f’Katanja minħabba maltempata fuq Malta – One News

Notifiki

Ajruplan ta’ Ryanair niżel f’Katanja minħabba maltempata fuq Malta

Ajruplan ta’ Ryanair li minn Leeds kien ġej f’pajjiżna kellu jitnżżel ġewwa l-ajruport ta’ Katanja kawża tal-maltemp li bħalissa qed jaħkem il-gżejjer Maltin.  Minkejja li sa issa l-uffiċċju meterjoloġiku għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar dan il-maltemp, is-sit indipendenti Maltese Islands Weather qed jistma’ li sal-lejla mistennija jinżlu f’Malta mal-100mm ta’ xita.

Għawdex ukoll jinsab milqut bil-Maltemp f’filmat qed juri il-wied tax-Xlendi bi xmara ta’ ilma u materjal mill-għelieqi nieżlin fid-direzzjoni tal-baħar.

https://www.facebook.com/1079768200/posts/10220516460796416/?extid=T5jcagDfL8GSqvrO&d=w

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend