“M’għandkomx għalfejn tinkwetaw, l-istaff u l-managment qed jieħdu ħsiebna b’mod professjonali.”
Kliem resident f’Residenza San Ġużepp fil-Fgura, fejn fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook u fid-dawl tal-aħħar żviluppi b’rabta mal-imxija, bagħatt messaġġ lill-qrabatu u qalilhom biex ma jinkwetawx b’dak li jisimgħu.
Ir-resident, bl-isem ta’ Raymond qal li din il-ġimgħa fir-residenza ħadulhom tlett darbier swab test u saħaq li bħalissa mhux ikollhom kuntatt bejniethom ir-residenti.
B’ton kuraġġuż Raymond qal “M’hemmx x’tagħmel irridu nieħdu paċenzja b’xulxin.
Huwa temm il-messaġġ billi rringrazzja lill-istaff kollu “għax dawn huma l-frontliners tagħna u għalina dawn huma l-eroj.”
Intant, fil-jum tal-Ħadd fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Famlija tħabbar li l-anzjani fid-djar residenzjali jistgħu joħorġu biss għal appuntamenti mediċi.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/13/l-anzjani-fid-djar-residenzjali-jistghu-johorgu-biss-ghal-appuntamenti-medici/