3 persuni jistgħu jgħodduha b’waħda wara li l-jott li kienu fuq inklaja fl-inħawi ta’ Pembroke.
Il-każ seħħ il-Ħadd għal ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar.
Min informazzjoni li kiseb One News jidher li l-jott inqabad fil-maltempata li kienet għadha kif laqtet iż-żona.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, Forzi Armati u mill-Malta Red Cross li taw l-ewwel assistenza.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.