Persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi fi Vjal Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa neqsin għaxra bejn karozza ta’ tip Nissa GTR misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Isla u karozza oħra ta’ tip Suzuki Alto.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lil xufier minnhom l-isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.