Daniël de Boer, Olandiż li għandu 40 sena u joqgħod il-Gżira wieġeb mhux ħati wara li ttella’ l-Qorti mixli li kkawża ġrieħi ħfif fuq kuntistabbli waqt li kien qed jaqdi dmirijietu.
Huwa kien akkużat ukoll li għamel reżistenza bi vjolenza, hedded lill-kuntistabbli, fera lit-tfajla tiegħu u talli kien xurban tant li ma setax jieħu ħsieb tiegħu nnifsu.
Fil-Qorti l-ispettur Michael Vella spjega li l-kuntistabbli kien mgħajjat biex jinvestiga argument bejnu u bejn it-tfajla tiegħu fi ġnien pubbliku li waqtu hi wkoll ġarrbet ġrieħi ħfif.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien iżda din ġiet miċħuda mill-Qorti u għaldaqstant baqa’ jinżamm arrestat.