Ezzadden Ali Bashir Farhat ta’ 39 sena li joqgħod il-Ħamrun wieġeb mhux ħati talli fit-12 ta’ Settembru huwa darab ħafif li martu u ħebb għal persuna oħra.
Dan filwaqt li kien akkużat ukoll li heddidhom u qanqal biża f’martu li ser tiġi wżata l-vjolenza fil-konfront tagħha.
Id-difiża għamlet talba għal-ħelsien mill-arrest li ġiet milqugħa fuq diversi kundizzjonijiet fost oħrajn li jrid jiffirma fl-għassa ta’ San Ġiljan.
Il-Qorti imponiet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ allegat vittmi.
Id-difiża għamlet ukoll talba għad-divjett sabiex ismu ma jixxandarx iżda din it-talba ġiet miċħuda mill-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Astrid May Grima.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ disat elef ewro.