Il-Greċja żżid l-armi militari tagħha – One News

Notifiki

Il-Greċja żżid l-armi militari tagħha

Il-Greċja ħabbret li xtrat ammont sostanzjali ta’ armi hekk kif it-tensjoni mat-Turkija fuq ir-riservi tal-gass fil-Lvant tal-Mediterran qed tkompli tiżdied.

Il-Prim Ministru Grieg, Kyriakos Mitsotakis qal li l-armi jinkludu 18-il fighter jet, 4 bastimenti u 4 helicopters filwaqt li l-Greċja se tkun qed iżżid il-forzi armati tagħha bi 15-il elf suldat ieħor fil-ħames snin li ġejjin.

Riċentament, it-Turkija bgħatet bastiment biex iwettaq riċerka sismika, li komplit iżżid mat-tensjoni mal-ġar tagħha.

Intant, l-Unjoni Ewropea talbet biex ikun hemm djalogu bejn iż-żewġ pajjiżi in-kwistjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend