BIL-FILMAT: Bernard Grech jindika li hemm aktar mistur dwar is-saga tat-taxxa u tal-VAT – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Bernard Grech jindika li hemm aktar mistur dwar is-saga tat-taxxa u tal-VAT

Il-kandidat għal kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech indika li jista’ jkun jitfaċċaw aktar dettalji dwar is-saga tiegħu tat-taxxa u l-VAT.

Grech qal dan ma’ ONE News waqt li kien qed jikkampanja fil-gżira tat-tliet għoljiet flimkien mad-deputati Nazzjonalisti Chris Said u Kevin Cutajar.

Żewġ persuni ewlenin mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u li sfiduċjaw lil Delia.

Mal-ġurnalist ta’ ONE News Colin Deguara, Bernard Grech deher skomdu u evażiv għall-aħħar meta kien affaċjat b’mistoqsijiet dwar in-nuqqasijiet finananzjarji tiegħu.

Fil-fatt, taħt pressjoni, Grech żelqitlu li għad joħorġu aktar dettalji dwar il-pendenzi u n-nuqqasijiet fil-ħlasijiet li kellu ma’ tat-Taxxa u tal-VAT.

Il-ġurnalist ta’ ONE New staqsa “Dr. Grech wara snin tevadi t-taxxa kienet id-deċiżjoni tiegħek li inti titfa’ ismek għal Kap ta’ Partit Nazzjonalista li ġegħlitek tħallas?”

“Mela l-ewwel ħaġa d-domanda m’hijiex eżattament…Jiena kont qed nħallas it-taxxa, kien hemm ċirkostanzi partikolari, għad joħorġu aktar dettalji fil-futur”, wieġeb Grech.

Maħsud hekk kif ma stenniex li ONE News se jkun qed jistaqsieh il-mistoqsijiet qal ukoll li ħallas il-pendenzi li kellu minkejja li mad-Dipartiment tal-Ħlas tat-Taxxa ddikjara li ma setax iħallas minħabba problemi finanzjarji li kellu.

Hawnekk inqabad fuq sieq waħda hekk kif ikkontradixxa dak li kien qal ma’ tat-Taxxa.

“Int għidt li ħallasthom minn tiegħek madankollu ftit tal-jiem ilu inti mad-Dipartiment tat-Taxxa għidt li għandek problemi finanzjarji. Kont qed tigdeb?” Saqsa l-ġurnalist ta’ ONE

Grech wieġeb , “Mhux eżattament lanqas.”

Konxju tal-pressjoni li dejjem qed tkompli tikber fid-dawl tal-mistoqijiet kbar li hemm fuq rasu, Bernard Grech kompla jirrispondi li hu mhux kriminal anke jekk l-evażjoni tat-taxxa huwa meqjus bħala reat kriminali.

Il-klijenti tiegħek kienu qed javdawk bis-somma tal-VAT biex tħallasha u inti din ma ħallastiex kif taħseb li n-nies issa se jkunu qegħdin javdawk biex fl-aħħar mill-aħħar tmexxi l-finanzi tal-pajjiż?

“Mela żgur in-nies jafdawni għax jien lanqas jien kriminal” wieġeb Grech.

Intant meta affaċċjat b’iktar mistoqsijiet Bernard Grech beża’ jwieġeb u ħarab jiġri ‘l bogħod minn ONE News għaliex qal li għandu xi appuntamenti.

“Grazzi għax għandi appuntament oħrajn ta’….Għandna l-appuntamenti tal-Home visits, weġibtlek id-domandi kollha nirringrazzjak;

Wettaqt ir-responabbiltajiet kollha;

Mhux fuq hekk qed insaqsik. Mhux fuq hekk qed insaqsik;

Grazzi no further questions. Grazzi.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Persuna tribali u parrokkjali oħra! Ingravajjet blu u maskra blu!! U kien qal li din tal-ħomor u l-blu trid tieqaf! Ilha li waqfet minn naħa tal-PL. Dan anki kien ikun fuq ir-radju ta charles (rtk) jippontifika u jagħti l-pariri u xi kultant b’xi botta kontra l-Gvern Laburista filwaqt li hu kellu l-Qorti tiġri warajh!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *