Ara kif ritratt jista’ jagħtik ċ-ċans li tkun fl-akbar kompetizzjoni tal-fotografija fid-dinja – One News

Notifiki

Ara kif ritratt jista’ jagħtik ċ-ċans li tkun fl-akbar kompetizzjoni tal-fotografija fid-dinja

Kompetizzjoni internazzjonali jaf twassallek ritratt fuq siti internazzjonali dwar il-monumenti storiċi.

Dan grazzi għall-kompetizzjoni Wiki Loves Monuments, li ġiet deskritta mill-Guinness World Record bħala l-ikbar kompetizzjoni tal-fotografija fid-dinja.

F’din il-kompetizzjoni mal-erbgħin pajjiz jipparteċipa, fosthom anke Malta.

Angie Balzan minn WIKI Malta tkellmet ma ONE news dwar il-ħidma li għaddejja biex Mlta jkollha preżenza prominenti online.

“Niktbu artikli, ritratti, nippruvaw kemm jista jkun nsaħħu lil Wikipedia bil-Malti b’artikli fuq nies importanti, affarijiet storiċi ta’ Malta biex kemm jista jkun ikun hemm preżenza tajba ta’ Malta.”

Is-sottomissjonijiet għal din is-sena jistgħu jsiru tul Settembru kollu.

Eventwalment ġurija esperta flimkien ma’ tim mis-sit Wikipedia, jagħzlu l-għaxar ritratti rebbieħa.

“Hija xi ħaġa sabiħa ta’ sodisfazzjon li inti tkun taf li r-ritratt tiegħek itella’ Wikipedia, hemm id-dinja kollha tista’ taċċessah u ħafna drabi dawn ir-ritratti jiġu abbinati ma’ artiklu li jiġu miktuba fuq affarijiet ta’ Malta.”

Angie stqarret magħna li minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, Malta saħħet il-preżenza tagħha fuq dan is-sit u saħqet fuq l-impenn tagħha biex dan ikompli jiġġedded.

“Nemmen li hemm bżonn isir iktar xogħol biex inkabbru l-ammont ta’ artikli u ritratti u informazzjoni fuq il-wikipedia bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż biex nsaħħu l-preżenza ta’ Malta fuq din l-enċiklopedija online, unika u ta’ fama mondjali.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend