Standard & Poor’s tikkonferma rating ekonomiku ta’ A- bi prospetti stabbli – One News

Notifiki

Standard & Poor’s tikkonferma rating ekonomiku ta’ A- bi prospetti stabbli

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Standard and Poor’s ikkonfermat klassifikazzjoni ekonomika ta’ A- bi prospetti stabbli għal Malta.

Fl-analiżi tagħha dwar l-ekonomija Maltija, Standard and Poor’s qalet li l-prospetti stabbli tal-andament ekonomiku ta’ Malta jfisser li l-pandemija mhux se tfisser ħsara strutturali u sinjifikanti fuq il-kreditu metriku ta’ Malta.

L-esperti indipendenti rrikonoxxew li l-pandemija se tolqot l-ekonomija Maltija bħalma se tolqot l-ekonomija ta’ kull pajjiż fid-dinja, imma nnutaw ukoll li riżultat tar-rispons tal-Gvern u l-għajnuna li Malta tirċievi mill-Unjoni Ewropea, se tiġi ppreservata l-kapaċità produttiva ta’ Malta u b’hekk ma ssirx ħsara lill-ekonomija ta’ Malta.

Filwaqt li r-rapport isemmi diffikultajiet ekonomiċi għal din is-sena minħabba l-imxija, jissemmew ukoll il-pakketti t’għajnuna tal-Gvern, b’sensiela ta’ miżuri li ssalvagwardjaw l-interessi tan-negozji u l-ħaddiema.

Fost dawn jissemmew l-għajnuna fil-ħlas tal-pagi, ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl għan-negozji, u s-sussidju fil-kera ta’ postijiet tan-negozji.

L-esperti barranin innutaw ukoll il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika tal-Gvern ta’ disa’ mitt miljun ewro, u qalu li minngħajr dan ir-rispons fiskali komprensiv, l-ekonomija Maltija kienet tieħu daqqa ikbar, il-qgħad kien jiżdied bil-kbir u numru ta’ nogozji kienu jfallu.

Without this comprehensive fiscal response, we think the Maltese GDP would have fallen considerably lower, unemployment would have surged faster, and solvent businesses would be forced to liquidate, eroding the economy’s productive base, perhaps permanently.”

L-esperti ta’ Standard and Poor’s jemmnu li r-rispons tal-Gvern biex iwieżen lill-familji u lin-negozji se jfisser ċans ikbar biex pajjiżna jkun minn ta’ quddiem biex jirkupra mid-daqqiet ekonomiċi li ħalliet l-imxija fuq id-dinja.

Ir-rapport jinnota wkoll li sa tliet snin oħra, il-finanzi tal-Gvern se jerġgħu jkunu bilanċjati, filwaqt li sas-sena d-dieħla, id-defiċit tal-Gvern se jinżel għal erbgħa punt ħamsa fil-mija tal-prodott domestiku gross.

In line with our anticipation of a rebound in the global economy next year, with a gradual lifting of social and travel restrictions, we project that the government deficit will narrow to about 4.5% of GDP in 2021, and expect a budget balance in 2023.”

Ġie nnutat ukoll il-fatt li s-sena l-oħra, pajjiżna niżżel id-dejn ferm aktar milli mistenni, u dan se jagħti spazju fiskali fi żmien ta’ sfida kawża tal-pandemija globali.

L-aġenzija ta’ kreditu tirrikonoxxi wkoll l-investimenti li qed isiru fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u l-FIAU, biex dawn l-istituzzjonijiet ikunu mgħammra aħjar biex jiġġieldu l-kriminalità finanzjarja.

L-esperti barranin anki rrikonoxxew il-proċess ġdid u trasparenti tal-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija, u li l-kandidat għall-ogħla kariga fil-Korp kien skrutinizzat mill-Parlament.

We understand that the Maltese authorities have committed to strengthening supervisory standards. Both the FIAU and MFSA have increased their budgets and investments in human resources and information technology solutions, and have adopted strategies to improve data gathering and risk-assessment tools. In addition, the government has transformed the way Malta’s Commissioner of Police is chosen, opening the selection process to greater scrutiny and giving Parliament the final say.”

L-esperti jisħqu wkoll li l-Gvern Malti rnexxielu jakkwista riżorsi qawwija mill-Unjoni Ewropea b’allokazjoni ta’ aktar minn żewġ biljun ewro.

Fi stqarrija, il-Gvern laqa’ dan iċ-ċertifikat pożittiv għall-mod kif irrisponda għall-effetti tal-pandemija u qal li fil-ġimgħat li ġejjin se tkompli l-ħidma biex permezz tal-budget, tingħata spinta oħra qawwija lill-familji u lin-negozji.

Intant, fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ t-tbassir ta’ Standard and Poor’s u qal li dan jikkonferma s-sapport fiskali bla preċedent li ta l-Gvern Malti li wassal biex ġiet evitata ħsara strutturali lill-ekonomija, u minflok ir-rata ta’ qgħad kompliet nieżla u l-operat tan-negozji baqa’ għaddej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *