Annie Laure Noukeu ta’ 30 mill-Kamerun li toqgħod il-Ħamrun ingħatat sitt xhur ħabs wara ppruvat titlaq minn Malta b’passaport falz.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Karl Roberts qal kif il-Ġimgħa ppruvat taqbad titjira mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal Napli b’passaport falz Taljan.
L-imputata wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.