Hosni Abusalem Muhammed ta’ 18 -il sena ngħata sitt xhur ħabs wara li ħarab miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jeanetta Grixti spjegat kif l-imputat ħarab miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni fil-lejl bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru li għadda u nstab ġewwa ż-Żurrieq.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.