Sewwieqa ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta fiż-Żurrieq – One News

Notifiki

Sewwieqa ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta fiż-Żurrieq

Sewwieqa ta’ mutur ta’ 31 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’ħabta ma’ karozza fiż-Żurrieq.

Il-pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija. Jirriżulta li fi Triq il-Belt Valletta kien hemm persuna feruta wara ħabta bejn karozza tat-tip Peugeot 107 misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti ż-Żurrieq u mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-mara ta’ 31 sena mill-Gżira.

Il-mara ttieħdet l-isptar għal aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana Micallef Stafrace, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żurrieq għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend