L-akbar kompetizzjoni fil-kalendarju tat-trott, il-BOV tazza l-kbira, tibda nhar il-Ħadd – One News

Notifiki

L-akbar kompetizzjoni fil-kalendarju tat-trott, il-BOV tazza l-kbira, tibda nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd li ġej tibda l-akbar kompetizzjoni fil-kalendarju tat-trott Malti hekk kif isiru l-heats tal-BOV Tazza l-Kbira.

Għalkemm din il-kompetizzjoni qed issir kważi sitt xhur aktar tard milli previst minħabba il-pandemija tal-Covid-19, l-entużjażmu tas-sidien ma naqas xejn hekk kif din is-sena se naraw numru rekord ta’ żwiemel ta’ l-ogħla klassi jipparteċipaw f’seba’ heats sabiex jippruvaw jikkwalifikaw għas-semi finali.

Dan il-kampjonat ma kienx ikun possibbli mingħajr is-sostenn finanzjarju tal-Bank of Valletta li għalkemm it-tiġrijiet se jkunu qed isiru mingħajr spettaturi xorta ikkonfermaw l-għajnuna tagħhom.

81 żiemel li minnhom 14 se jkunu qed jiddebuttaw f’Malta se jieħdu sehem f’seba’ tiġrijiet li minnhom 28 jikkwalifikaw għas-semi finali li jsiru nhar is-27 ta’ Settembru. Il-finali bi tnax il-żiemel issir il-Ħadd 11 t’Ottubru.

Il-pubbliku jista jsegwi dawn it-tiġrijiet b’mod dirett fuq il-paġna ta’ Facebook u l-kanal ta’ YouTube tal-Malta Racing Club. L-ewwel tiġrija tibda fis-6:00 pm

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend