Is-27 immigrant li kienu abbord l-Etienne Maersk se jidħlu fi Sqallija – One News

Notifiki

Is-27 immigrant li kienu abbord l-Etienne Maersk se jidħlu fi Sqallija

Ġiet fi tmiemha s-saga tal-bastiment Daniż Maersk li fuqu kellu 27 immigrant għal kważi 40 ġurnata.

Dawn l-immigranti issa ddaħlu l-Italja, wara li Malta rrifjutat li tagħti port fejn jitniżżlu.

Dan għaliex l-immigranti ma kienux interċettati f’żona li kienet responsabbli għaliha hi.

Kien fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu li dan il-bastiment tella’ fuqu dawn is-27 immigrant.

Il-Kaptan, li kien anke taħt pressjoni ta’ għaqdiet internazzjonali li jippromwovu l-immigrazzjoni rrregolari, iddeċieda li jaqbad id-direzzjoni lejn Malta wara li nterċetta dawn l-immigranti.

Iżda l-gvern Malti għamilha ċara mill-ewwel sigħat li ma kienx se jagħti port fejn jitniżżlu dawn il-persunu.

Dan konsistenti mal-prinċipju li filwaqt li Malta terfa’ responsabbiltajiet li huma tagħha, ma tistax terfa’ l-piż ta’ dak li hu responsabbiltà ta’ ħaddieħor.

Minħabba dan kienu diversi l-attakki fuq Malta minn entitajiet li jinsistu li Malta tniżżel dawn l-immigranti, imbagħad naraw wara.

Iżda, l-gvern Malti żamm sod mal-pożizzjoni tiegħu.

Saħansitra kien hemm żewġ immigranti minn fuq dan il-vapur li permezz tal-avukat Neil Falzon marru l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Iżda, fis-27 ta’ Awwissu din il-Qorti ċaħdet din it-talba.

Iż-żmien fuq il-baħar ma kienx nieqes mill-kontroversja.

Xi immigranti qabżu l-baħar.

Dan fl-istess ħin li l-awtoritajiet minn diversi pajjiżi kienu qed jipprovaw isibu żblokk għas-sitwazzjoni.

Fosthom il-gvern Daniż, li l-Maersk iġib il-bandiera tiegħu.

L-awtoritajiet Daniżi wkoll kienu ċari li Malta ma kellha ebda responsabbilta u li dawn l-immigranti kellhom jerġgħu jinstaqu l’isfel, lejn it-Tuneżija.

Xi membri tal-Parlament Ewropew ukoll kitbu biex dawn jiddaħlu fl-Ewropa, partikolarment Malta.

Bl-appell tagħhom kien li mbagħad wieħed jitkellem  dwar is-solidarejtà wara.  

Iżda, il-Prim Ministru Robert Abela kien ċar, meta l-Ħadd li għadda qal “Għandhom id-dritt dawk is-27 ruħ li jidħlu f’Malta. Ir-risposta hija le.”

Quddiem din is-sitwazzjoni fl-aħħar jiem daħlet l-għaqda mhux governattiva NGO Mediterranea li bil-bastiment tagħha Mare Jonio marret għalihom u trasferithom minn fuq il-Maersk.

Hawn intqal li s-sitwazzjoni tal-immigranti ma kinetx waħda tajba u li kellhom bżonn jitniżżlu fuq raġunijiet mediċi.

L-awtoritajiet Taljani taw il-port ta’ Pozzallo bħala l-post fejn kellha ssir id-diżambarkazzjoni biex waslet fi tmiemha saga ta’ kważi erbgħin jum.

L-itwal kontroversja li qatt kien hemm fil-baħar Mediterran dwar fejn għandhom x’jaqsmu l-immigranti.

Saga li hi xhieda ta’ kemm qed issir iktar kumplessa s-sitwazzjoni marbuta mal-immigranti u kemm hi għaqlija l-politika tal-gvern Malti li jaħdem mal-awtoritajiet Libjani sabiex jipprevjeni l-vjaġġi llegali lejn Malta u jitħarbat l-operat tat-traffikanti tal-bnedmin.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Paċenzja nieħdu dawk l-ammonti kollha imma li nieħdu wkoll lil dawk li suppost jeħodhom ħaddieħor hekk le. U ngħid jien il pseudo ngo’s u pseudo ġurnalisti kif ma għamlux pressjoni fuq il – gvern Daniż??? Għax ma staqsiex lil-gvern Daniż andrew azzopardi u mela lil Prim Ministru?!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *