“B’dan l-album, il-ħolma tiegħi saret realtà” – Philip Vella jniedi l-album 60+ – One News

Notifiki

“B’dan l-album, il-ħolma tiegħi saret realtà” – Philip Vella jniedi l-album 60+

Il-Verità, kienet il-punt tat-tluq għal 60+, album ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, li ġie varjat waqt l-44 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu.

12-il xahar ilu, Philip Vella kien imħabbar rebbieħ tat-43 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu, festival mtella’ b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal, kif ukoll bl-għajnuna tal-Akkademja tal-Malti u l-Kunsill Malti għall-Arti.

“Min dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nagħmel album ta’ kanzunetti personali, bi stili ta’ mużika kif inħobb jien, mingħajr il-parametri ta’ kanzunetti li jridu jkunu addattati għall-festivals. B’dan l-album, il-ħolma tiegħi saret realtà. Kelli ċ-ċans nesplora suġġetti li għandhom post ġewwa moħħi u ġewwa qalbi, kif ukoll stili ta’ mużika li nassoċja miegħi nnifsi, u fejn inħossni li jien komdu” jgħid il-kantawtur Mellieħi.

L-album 60+ jikkonsisti minn 13-il kanzunetta oriġinali, 12 li huma kompluti kemm b’mużika kif ukoll lirika, u 1 li hija biss strumentali u għaldaqstant m’għandhiex lirika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *