Is-Sur Svetlick Flores inħatar Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Infurzar Lokali, il-LESA. Din il-ħatra qed issir wara li ntemm proċess kompetittiv.
Is-Sur Flores għandu esperjenza twila fis-settur tal-infurzar lokali fejn diġà serva bħala direttur tal-istess aġenzija u tul is-snin ħadem ukoll fis-settur tal-gvern lokali fejn serva wkoll bħala Segretarju Eżekuttiv ta’ numru ta’ kunsilli lokali. Huwa gradwat b’Masters (MBA) fl-Amministrazzjoni u huwa kwalifikat ukoll fil-Management u fl-Amministrazzjoni Pubblika.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri awgura lis-Sur Flores u radd ħajr lis-Sur Ray Zammit li issa se jkun qed itemm l-inkarigu tiegħu.