Jitneħħa l-obbligu li toqgħod kwarantina fi Sqallija jekk tkun ġej minn Malta – One News

Notifiki

Jitneħħa l-obbligu li toqgħod kwarantina fi Sqallija jekk tkun ġej minn Malta

Fi Sqallija tneħħa l-obbligu li persuna toqgħod kwarantina meta tkun ġejja minn pajjiżna. L-obbligu tal-kwarantina tneħħa minn fuq persuni li jidħlu fi Sqallija minn Malta, jew mill-Kroazja, Spanja u l-Greċja.

Dan permezz ta’ liġi ffirmata mill-Gvernatur ta’ Sqallija Nello Musumeci. Madankollu, persuni li jkunu deħlin minn pajjiżna, fost lista ta’ pajjiżi oħra, ikunu mitluba jippreżentaw riżultat negattiv għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *