Jinsab pożittiv għall-Covid-19 li qal li kien kastig minn Alla minħabba ż-żwieġ bejn l-omosesswali – One News

Notifiki

Jinsab pożittiv għall-Covid-19 li qal li kien kastig minn Alla minħabba ż-żwieġ bejn l-omosesswali

Mexxej prominenti tal-Knisja Ortodossa Ukrena, il-Patrijarka Filaret jinsab pożittiv għall-Coronavirus wara li aktar qabel kien qal li l-imxija hija kastig minn Alla għaż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Il-Knisja Ortodossa Ukrena ħabbret din l-aħbar fuq Facebook. Il-Knisja qalet li l-Kap tagħha għaddej minn trattament għall-virus u jinsab stabbli.

Filaret, ta’ 91 sena kien għamel stqarrija kontroversjali kontra l-omosesswalità f’Marzu li għadda.
Għal dan kollu kien irċieva kritika qawwija minn gruppi favur id-drittijiet tal-persuni omosesswali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend