Jidħol fl-aħħar fażi l-proġett ta’ sit ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Tas-Sisla f’Birkirkara – One News

Notifiki

Jidħol fl-aħħar fażi l-proġett ta’ sit ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Tas-Sisla f’Birkirkara

Il-bini tas sit ta’ housing soċjali ġdid f’Tas-Sisla Birkirkara huwa lest u issa bdew jiġu mgħoddija s-servizzi u l-finishes. Is-sit ta’ 3,000 metru kwadru jinkludi sitt blokok b’73 appartament u 56 garaxx li qegħdin isiru b’investiment li jeċċedi l-€4.3 miljun.

Il-Ministru Roderick Galdes stqarr li dawn il-proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali madwar pajjiżna huma evidenza ċara tal-impenn li għandu dan il-Gvern sabiex ikompli joffri saqaf fuq ras familji li għandhom bżonn. Dan fid-dawl li f’din il-binja f’Tas-Sisla ser jintlaqgħu l-ewwel 70 familja fiż-żmien li ġej.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay stqarr kif dawn il-proġetti iridu jixprunaw il-mobbiltà soċjali u joffru l-opportunità biex min għaddej minn żmien diffiċli jerġa’ jsib saqajh u jeċċella.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend