Imħabbra l-fixtures tal-ewwel tliet matchdays – One News

Notifiki

Imħabbra l-fixtures tal-ewwel tliet matchdays

Tard dalgħodu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ħabbret il-fixtures tal-ewwel tliet matchdays hekk kif il-Kampjonat Premier 2020 / 2021 ser jibda uffiċjalment is-Sibt 19 ta’ Settembru 2020.

Bla dubju jispikkaw il-ħinijiet ġodda li fihom ser ikunu qed jintlagħbu l-partiti hekk kif bejn partita u oħra ser jkun hemm sagħtejn u kwart sabiex jiġu ffumigati d-dressing rooms u postijiet oħra ta’ restrizzjoni. 

L-ewwel ġurnata mill-Kampjonat Premier hija din:- 

Is-Sibt 19 ta’ Settembru – Centenary Stadium:

17.00     Żejtun C. vs Santa Luċija 

21.15     Mosta vs Gudja  

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru – Centenary Stadium:

17.00     Lija A. vs Senglea A. 

21.15     Sliema W. vs Hibernians 

Il-Ħadd 20 ta’ Settembru – Stadium Nazzjonali:

17.00     Tarxien R. vs Balzan 

21.15     Floriana vs Gżira U. 

It-Tnejn 21 ta’ Settembru – Stadium Nazzjonali:

17.00     Ħamrun S. vs Sirens 

21.15     Valletta vs Birkirkara 

It-Tieni ġurnata mill-Kampjonat Premier tibda tintlagħab il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru u tintemm il-Ħadd 27 ta’ Settembru filwaqt li t-Tielet ġurnata ser tibda tintlagħab l-Erbgħa 30 ta’ Settembru u tintemm il-Ħamis 1 t’Ottubru. 

Sadinitant il-BOV Challenge League ser jibda il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru fejn fl-uniku partita St. Andrews jilagħbu konra Fgura United fil-19.30 fil-Luxol Stadium. 

Ritratt: Joe Borg

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend