Il-Ministru Zammit Lewis jiċħad dak li vvinta fuqu Jason Azzopardi

Fi stqarrija l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ċaħad bl-aktar mod kategoriku u assolut dak li vvinta fuqu d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq il-midja soċjali.

Azzopardi allega fi Frar li għadda mart Yorgen Fenech marret id-dar ta’ Zammit Lewis iżda l-Ministru qal li din l-allegazzjoni hija għal kollox falza u tingħaqad ma’ sensiela ta’ stqarrijiet foloz li kulħadd issa dera mingħand Jason Azzopardi.

Il-Ministru tenna li l-ebda attakk sistematiku fuq il-personalità u l-karattru tiegħu mhu se jxekkluh milli jkompli jaqdi d-dmirijiet ministerjali tiegħu.

Qal li se jkompli jaħdem fuq riformi storiċi u bla preċedent hekk kif maqbula mal-Kummissjoni Venezja, bil-għan aħħari li jkomplu jissaħħu s-saltna tad-dritt u l-governanza tajba f’pajjiżna.

Ara wkoll:

Mart Yorgen Fenech tgiddeb lil Jason Azzopardi u tgħid li kienet Ħal Lija għal appuntament mediku

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Nisimaw hafna sqarrijiet minn mp laburisti fuq gideb li jaqalaw fuqhom.Kieku nisma xi darba lill kumissarju ta letika ghall membri parlamentari jiftah halqu .Meta se tqumu mir raqda sinjuri mp laburisti u t mexxija tal partit.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend