Ftakru li intom il-wiċċ li jrid jibdel lil dan il-pajjiż – PM

“Ftakru li intom il-wiċċ li jrid jibdel lil dan il-pajjiż.”

Dak kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Robert Abela waqt l-intervent tiegħu fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Il-Prim Ministru, fil-messaġġ tiegħu liż-żgħażagħ quddiemu li attendew għal dan l-appuntament annwali, saħaq li huwa l-leħen taż-żgħażagħ li verament jixhed il-bżonnijiet tal-ġurnata.

Il-Prim Ministru wiegħed ukoll id-dispożizzjoni tiegħu għal din il-fergħa tant importanti fi ħdan il-Partit Laburista sabiex nibqgħu nwasslu politika effettiva u li verament tolqot lill-Maltin u l-Għawdxin.

Intant tkellmu wkoll iż-żewġ Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista, Chris Fearne u Daniel Micallef u appellaw sabiex iż-żgħażagħ jibqgħu jkunu kuraġġużi u jsemmgħu leħinhom anki fl-aktar mumenti diffiċli.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja, wiegħed li l-eżekuttiv il-ġdid ser jaħdem qatigħ sabiex il-Partit Laburista jibqa’ jiġġedded partikolarment f’għeluq il-mitt sena tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend