Fl-Amerka: Aktar minn nofs miljun persuna huma kellhom jitilqu minn djarhom minħabba nirien kbar – One News

Notifiki

Fl-Amerka: Aktar minn nofs miljun persuna huma kellhom jitilqu minn djarhom minħabba nirien kbar

Aktar minn nofs miljun persuna fl-Istat Amerikan ta’ Oregon qed jevakwaw djarhom minħabba nirien kbar li qed jaħkmu l-Istat. Qed jiġu rrappurtati mal-mitt każ ta’ nirien fi 12-il stat fin-naħa ta’ fuq tal-Amerika, kkawżati minn temperaturi għoljin u riħ li mhux jgħin fis-sitwazzjoni.

Il-Gvernatur ta’ Oregon, Kate Brown qalet li s’issa għadu mhux magħruf kemm mietu nies, madanakollu hemm erba’ fatalitajiet ikkonfermati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend