Edizzjoni oħra tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2020

Tnediet is-sitt edizzjoni tal-ġimgħa Ewropea għall-isport li ta kull sena tkun ikkummissjonata mill-Unjoni Ewropea bil-għan li tkompli tkabbar l-għarfien dwar l-importanza tal-attività fiżika.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li din hija edizzjoni straordinarja u l-attivitajiet ser ikunu partikolari.

Cutajar qal li l-Avveniment Nazzjonali Ewlieni ser isir bejn it-18 u s-19 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal-Kirkop u ser jinkludi kompetizzjonijiet ta’ timijiet u individwi f’16-il dixxiplina sportiva differenti.

Huwa spjega: “Attività kbira li kellha ssir fil-Marsa Sports Grounds, ġiet mibdula b’show televiżiv bejn għoxrin personalità li ħa jagħmlu l-istess attivitajiet ta’ ‘fitness’ li kellu jagħmel il-pubbliku sportiv, ħa jagħmilhom fuq it-televiżjoni biex jarawh in-nies, kif ukoll wara kollox ikun preludju għal Attività tal-European Week Differenti li ser issir fl-2021.”

Iċ-Chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil stqarr li SportMalta dejjem kienet protagonista anke fuq livell Ewropew u r-riżultati qegħdin iħallu l-frott anke lokalment.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima saħaq li minkejja d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija, xorta inħasset il-ħtieġa li dan l-avveniment issir bl-addattament meħtieġ u l-miżuri kollha neċessarji.

Huwa sostna: “Huwa importanti li mhux biss ngħinu lil dawk illi huma l-għaqdiet sportivi, l-atleti professjonali u semi-professjonali, iżda nassiguraw illi l-individwi kollha Maltin u Għawdxin ikollhom l-opportunità li jkollhom aċċess għall-isport u anke għal dik li hija attività fiżika.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend