II-kumpanija tal-gaming Vivaro Ltd. ingħatat multa ta’ aktar minn seba’ mija tlieta u tletin elf ewro mill-FIAU.
Din il-multa hija waħda rekord, hekk kif hija l-ogħla multa qatt mogħtija mill-FIAU. Din il-multa rekord tingħata hekk kif din kisret għaxar liġijiet.
Fost dawn hemm li hija naqset milli tgħaqqad profili ta’ plejers ma’ kumpaniji oħra li għandhom l-istess liċenzja, il-moniteraġġ fuq l-attivitajiet ma kienx effettiv u anke nuqqas ta’ għarfien minn fejn ġejjin il-fondi. Aktar minn hekk, is-sistema tal-analiżi tat-tranżazzjonijiet ma kinux tajbin għal dawk li jagħmlu użu mis-servizz ta’ din il-kumpanija.
Minn analiżi li għamlet, l-FIAU sabet kif persuna trid tonfoq limiti ta’ elfejn ewro, li suppost ikun immarkat bħala wieħed ta’ riskju għoli, iżda dan fil-verità ma seħħx hekk kif mat-tletin persuna li nefqu elfejn ewro kull wieħed, ma ġewx immarkati bħala persuni ta’ riskju għoli.
Fl-analiżi tagħhom, l-FIAU u l-Awtorità Maltija tal-Gaming spjegaw kif din il-kumpanija ma segwitx il-proċeduri tagħha stess, minkejja li l-istess proċeduri mhumiex tajbin.
Is-sid tal-kumpanija hija Kristine Hambardzumyan mill-Armenja.