Ronald Azzopardi ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar inżamm arrestat wara li l-Ħamis waranofsinhar ġie mixli li seraq żewġ barbaġanni minn guva tal-FKNK fil-Buskett. Filmati miġbuda minn cameras tas-sigurtà wrew lil Azzopardi li jaħdem bħala ġardinar inaqqi xi rix mill-ġwienagħ taż-żewġt itjur li kienu qed jistennew biex jintelqu fis-selvaġġ fi proġett pilota tal-FKNK.
Azzopardi wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih li varjaw minn serq, ħsarat fuq propjetà ta’ terzi u moħqrija tal-annimali. Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li f’dan l-istadju ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Fi stqarrija l-FKNK iringrazzjat lill-Pulizija għax-xogħol tagħhom f’dan il-każ li wassal għal arrest ta’ persuna f’jumejn.
https://www.one.com.mt/2020/09/08/ara-il-mument-li-nsterqu-zewg-barbaggani-mill-buskett/