Pumpiera jikkontrollaw nirien fl-akbar kamp tal-immigranti fil-Greċja

L-akbar kamp tal-immigranti fil-Greċja nqered wara li nħakem minn nirien tul il-lejl tat-Tlieta. Mal-ħamsa u għoxrin pumpier u għaxar vetturi tat-tifi tan-nar kellhom jinħarġu biex jiġu kkontrollati n-nirien qawwija fuq il-gżira ta’ Lesbos.

L-immigranti li kienu jgħixu fil-kamp ġew evakwati minnufih, u xi wħud ingħataw il-kura fuq il-post minħabba li belgħu id-duħħan.

Mat-tlettax-il elf immigrant kienu jgħixu f’dan iċ-ċentru, erba’ darbiet aktar minn dak li suppost jiflaħ il-post. Għadu mhux ċar x’seta’ kkawża n-nirien, u għad m’hemmx indikazzjoni ta’ fejn jistgħu jittieħdu l-immigranti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend