Il-KE tikkonkludi taħdidiet mas-sitt manifattur tal-vaċċin għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Il-KE tikkonkludi taħdidiet mas-sitt manifattur tal-vaċċin għall-Covid-19

Il-Kummissjoni Ewropea ffinalizzat il-portafoll tal-vaċċini għall-Covid-19 wara taħdidiet mas-sitt kumpanija li potenzjalment tkun tista’ timmanifattura l-vaċċin.

BioNTech-Pfizer hija s-sitt kumpanija li l-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet taħditiet magħha, wara AstraZeneca, Sanofi-GSK, Johnson & Johnson, CureVac u Moderna.

Il-Kummissjoni Ewropea spjegat li bil-kuntratt previst ma’ BioNTech-Pfizer, l-istati membri kollha se jkunu jistgħu jixtru l-vaċċin.

Hu mistenni li l-Kummissjoni Ewropea se jkollha stabbilit qafas kuntrattwali għax-xiri inizjali ta’ mitejn miljun doża f’isem l-istati membri, kif ukoll l-għażla li tixtri mitt miljun doża oħra, li għandhom jiġu fornuti ladarba jkun hemm prova li l-vaċċin huwa sikur u effettiv kontra l-COVID-19.

BioNTech hija kumpanija bbażata fil-Ġermanja li taħdem flimkien mal-kumpanija Pfizer li hija bbażata fl-Istati Uniti biex tiżviluppa vaċċin ġdid ibbażat fuq RNA li għandu rwol fundamentali fil-bijoloġija tal-bniedem, billi jittrasferixxi l-istruzzjonijiet li jidderieġu ċ-ċelloli fil-ġisem biex joħolqu protejini li jipprevjenu jew jiġġieldu l-mard.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *