Il-Gvern jippreżenta d-dokument ta’ qabel il-budget lill-MCESD – One News

Notifiki

Il-Gvern jippreżenta d-dokument ta’ qabel il-budget lill-MCESD

Ftit sigħat biss wara li l-Gvern nieda d-dokument ta’ qabel il-Budget għas-sena d-dieħla bit-tema “Lejn Ekonomija Sostenibbli,” dan l-istess dokument ġie ppreżentat waqt laqgħa li l-Gvern kellu mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Waqt preżentazzjoni mill-Ministri Carmelo u Edward Scicluna ġiet innutata l-importanza tal-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali sabiex jissawwar il-baġit li jmiss.

Fil-fatt il-Ministru Carmelo Abela fakkar kif matul din l-aħħar sena l-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali kienet kruċjali sabiex il-Gvern ħabbar miżuri li salvaw l-impjiegi u n-negozji f’Malta.

Il-Ministru Carmelo Abela stqarr: “L-aktar ħaġa importanti u dak li qed nistennew mis-sħab soċjali huwa li ovvjament kollha kemm aħna nkunu responsabbli anki fit-talbiet li jsiru u nżommu f’moħħna però li huwa importanti li nkomplu nsostnu u ngħinu l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-familji u l-ħaddiema u naħseb dak huwa l-ispirtu li bih irridu nitkellmu fiż-żmien li ġej.”

Intant waqt din il-laqgħa mal-isħab soċjali, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ta’ rendikont tal-andament ekonomiku ta’ din is-sena meta kkumparat mas-sena li għaddiet.

Saħaq li l-impatti tal-pandemija għadhom hemm u allura huwa importanti li l-Gvern ikollu Budget li jistimula l-ekonomija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend