F’Awwissu kien hemm mal-mitt elf moviment tal-passiġġieri aktar minn Lulju – One News

Notifiki

F’Awwissu kien hemm mal-mitt elf moviment tal-passiġġieri aktar minn Lulju

Fl-ajruport, f’Awwissu li għadda ġew irreġistrati qrib il-mitt elf moviment tal-passiġġiera mix-xahar ta’ qabel.

Fi stqarrija, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta spjega kif f’Awwissu għaddew iżjed minn kwart ta’ miljun passiġġier.

L-istatistika maħruġa mill-mitjar Malti turi li f’Awwisu kien hemm 99,204 moviment tal-passiġġier iżjed minn Lulju.

Fit-tmien xahar tas-sena kien hemm 252,022 passiġġier li użaw l-ajruport.

169,804 moviment tal-passiġġieri ġew mis-swieq tal-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja.

L-Italja kienet l-aktar suq popolari fejn minn dan is-suq kien hemm 52,638 moviment tal-passiġġieri.
L-aktar ajruport popolari li minnu kien hemm movimenti tal-passiġġieri kien dak ta’ Frankfurt fejn b’kollox kien hemm 15,804 movimenti tal-passiġġieri.

F’Awwissu kien hemm ukoll 2,676 moviment tal-ajruplani

L-ajruport spjega li l-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu kienu fost l-aktar bieżla minn mindu l-ajruport reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu għal titjiriet kummerċjali fl-ewwel ta’ Lulju.

F’Awwissu kien hemm 459,400 post disponibbli fuq titjiriet minn u lejn il-mitjar Malti matul ix-xahar ta’ Awwissu kollu.

Dan fisser li għat-tmien xahar tas-sena l-persentaġġ ta’ postijiet okkupati qabeż il-ħamsin fil-mija.

Organizzazzjonijiet tal-avjazzjoni u l-ivvjaġġar appellaw għall-aktar kordinazzjoni sabiex tinkiseb iżjed fiduċja fost il-konsumatur, ħalli jkompli jiżdied l-ivvjaġġar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend