Allokazzjoni ta’ €720,000 għas-sajjieda li ġew milquta mill-pandemija – One News

Notifiki

Allokazzjoni ta’ €720,000 għas-sajjieda li ġew milquta mill-pandemija

Is-sajjieda tat-tonn li ġew affetwati mill-pandemija tal-COVID-19 se jkunu qed jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mill-Gvern li tammonta għal seba’ mija u għoxrin elf ewro. Dan ifisser żewġ ewro għal kull kilogramma ta’ kwota allokata għal qbid tat-tonn din is-sena.

Din l-iskema ta’ kumpens se tkun qed tingħata mid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura fi ħdan il-Ministeru għas-Sajd.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Sajd Anton Refalo spjega li l-għajnuna finanzjarja se tingħata peresss li fl-aħħar xhur il-konsum tal-ħut f’pajjiżna naqas sostanzjalment. Fatturi ewlieni għal dan in-nuqqas kien l-għeluq ta’ ristoranti u lukandi, kif ukoll il-bejgħ tal-ħut lokali ħa daqqa ta’ ħarta konsegwenza ta’ diffikultajiet fl-esportazzjoni.

Il-Ministru Refalo spjega: “Filwaqt illi l-IICAT li hija l-għaqda internazzjonali żiedet il-kwota ta’ Malta, minn naħa l-oħra kellek din il-pandemija u d-demand kienet ħafna inqas mis-supply illi kellna, allura rajna kif għamilna biex aħna bħala Gvern noħorġu din il-miżura importanti biex nerġgħu dan is-settur hekk importanti tat-tonn nerġgħu npoġġuh fuq saqajh.”

Fil-ġranet li għaddew bdew jitqassmu l-applikazzjonijiet lis-sajjieda konċernati. Il-formola tal-applikazzjoni tista’ titniżżel ukoll mill-paġna ta’ Facebook tad-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura.

Dawk interessati għandhom jibgħatu bil-posta l-applikazzjoni tagħhom, flimkien ma’ dokumenti oħra mitluba, lid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura ġewwa l -Għammieri sa mhux aktar tard mit-Tlieta 22 ta’ Settembru.  L-applikazzjonjiet jistgħu wkoll jiġu mpustati fl-uffiċini tal-ħatt tal-ħut madwar Malta u Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend