Laqgħuna f’darhom daqslikieku konna parti mill-familja tagħhom – One News

Notifiki

Laqgħuna f’darhom daqslikieku konna parti mill-familja tagħhom

Dħalna ġo dar b’karattru antik tipiku Malti fejn fiha laqatna familja ta’ disa’ minn nies li lkoll flimkien jgħixu fid-Dar l-Arċipriet Degabriele; waħda mit-tliet idjar li topera Fondazzjoni Nazareth u li għal dawn l-aħħar 25 sena laqgħet fi ħdanha persuni li ma għandhomx familja jew li għal xi raġuni ma jistgħux jibqgħu jixgħu d-dar.

Rennie Mangion, imwieled l-Isla, bi tbissima fuq fommu qalilna li kien qed jiċċelebra l-festa tal-Bambina. Bla dubju kliemna waqa’ fuq ir-regatta u dlonk semmielna kemm iħobbi isegwiha.

Huwa qalilna: “Inħobb naraha r-regatta fuq it-televixin u kont immur ix-xatt tal-Isla meta kont żgħir.”

Kompla jgħidilna dwar kemm iħobb l-isport u jsegwi divesri dixxiplini. Rennie qasam fatt interessanti dwaru meta kien jirrapreżenta lil Malta fl-Ispecial Olympics.

Huwa stqarr: “Kont top scorer ta’ Malta tal-Olympics, rebbaħt lil Malta b’10 gowls.”

Fil-bitħa tar-residenza biswit l-istatwa tal-Madonna tkellimna ma’ Nathalie Abela, li ilha tgħix f’din id-dar għal dawn l-aħħar sentejn.

Nathalie qalet: “Ngħin lil carers u ngħin fil-workshop, immur iċ-ċentru, ngħin lill-familja, għandi liz-zijiet id-dar. Jien issa sirt zija, għandi baby boy.”

Intant kmieni t-Tlieta filgħodu saret ċerimonja fi Ġnien San Girgor fejn tħawwlet siġra taż-Żebbuġ biex tikkomemora l-25 anniversarju mindu Dun Anġ Seychell waqqaf il-fondazzjoni.

Iċ-Chairperson ta’ Fondazzjoni Nazzareth Marie Louise Coleiro Preca raddet ħajr lejn il-komunità Żejtunija li laqgħet fi ħdanha numru ta’ residenti minn madwar Malta.

Hija qalet: “Hemmhekk tara wkoll il-valur qawwi ta’ solidarjetà li l-komunità Żejtunija wriet matul dawn l-aħħar il-25 sena.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend