UEFA Nations League: L-ewwel punt għal Malta – One News

Notifiki

UEFA Nations League: L-ewwel punt għal Malta

It-tim nazzjonali Malti kiseb l-ewwel punt f’Grupp D1 tal-UEFA Nations League meta fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali l-Ħadd filgħaxija Malta spiċċat il-partita kontra l-Latvja 1 – 1.

Fl-ewwel mumenti tal-partita Ryan Camenzuli laqat il-lasta f’azzjoni li sfumat.
It-tim Malti fil-vantaġġ mal-kwarta logħob meta Kyrian Nwoko wara l-irċieva kross perfett mingħand Joseph Mbong xeħet fix-xibka u poġġa lil Malta fil-vantaġġ.
L-avversarji mill-ewwel bdew juru reazzjoni u minn azzjoni ta’ korner, il-ballun ħabbat ma’ Matthew Guillaumier u spiċċa fix-xibka għal 1 – 1.
Fit-tieni taqsima, Malta rnexxielha tikkontrolla lill-avversarji u f’xi ħinijiet irnexxielha wkoll thedded il-lasti opposti madanakollu r-riżultat baqa’ ma nbidilx.
It-tielet logħba minn dan il-grupp ta’ din il-kompetizzjoni tintlagħab fil-9 t’Ottubru barra mill-pajjiż kontra Andorra.
Ritratt: Domenic Aquilina
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend