Titjira tal-linja tal-ajru Torka minn Istambul lejn Bamako kellha titniżżel Malta wara li mara bi tmien xhur tqala bdiet twelled waqt it-titjira. Minħabba n-natura tal-emerġenza l-ekwipaġġ ddikjara emerġenza medika, waqqaf it-titjira ta’ sitt sigħat ħesrem u niżżel l-ajruplan fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta l-Ħadd waranofsinhar.
Malli ddikjara l-emerġenza, membri tat-torri tal-kontrll tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta infurmaw l-Isptar Mater Dei fejn bagħtu ambulanza tistenna l-inżul tal-ajruplan fl-ajruport. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura fejn minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-mara ddaħħlet fis-sala tat-twelid.
Ritratt: Mario Caruana