Il-kandidat għall-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ma qalx kif ħallas tnejn u sittin elf ewro f’taxxa u VAT li kellu pendenti. Dan ġie rrapurtat minn gazzetti lokali fosthom it-Times of Malta, il-Malta Today u l-Illum.
Dawn il-gazzetti rrappurataw kif Grech li huwa ż-żiemel tal-fazzjoni Busuttil kellu kontijiet pendenti kemm ta’ taxxa tad-dħul sal-elfejn u ħdax u anke ta’ VAT sas-sena l-oħra, li b’kollox jgħoddu għal ftit aktar minn tnejn u sittin elf ewro.
Dawn it-tlett gazzetti tal-Ħadd semmew kif Bernard Grech ġie nnotifikat mill-Qorti darbtejn fl-elfejn u sitta u fl-elfejn u tnax. Fl-ewwel notifika, fl-elfejn u sitta, Grech ġie nnotifikat li fid-disgħinijiet li ried jgħaddi aktar minn elfejn u sitt mitt ewro f’taxxa ta’ dħul, filwaqt li fl-elfejn u tnax ġie nnotifikat li huwa ried iħallas aktar minn tlieta u tletin elf ewro lid-Dipartiment tat-Taxxa.
Barra dawn il-ħlasijiet, Bernard Grech ried iħallas ukoll madwar disgħa u għoxrin elf ewro fi ħlas tal-VAT bejn l-elfejn u erbatax u l-elfejn u dsatax. Meta mistoqsi mill-gazzetti Malta Today u l-Illum dwar kif ħallas dan l-ammont kollu fi ftit żmien, Grech ma ta l-ebda spjegazzjoni.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Bernard Grech nieda kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex minnha jiġbor il-flus mingħand il-pubbliku sabiex iwettaq il-kampanja tiegħu. Bin-nies li jappoġġjaw lil Adrian Delia għadhom ma jistgħux jifmhu kif Grech qed jiġbor ħamsin elf ewro meta minħabba l-imxija f’din il-kampanja ma jistgħux jiġu organizzati attivitajiet tal-massa.