Il-Pulizija tagħlaq it-Tiger Bar u stabbiliment ieħor fil-Marsa minħabba irregolaritajiet – One News

Notifiki

Il-Pulizija tagħlaq it-Tiger Bar u stabbiliment ieħor fil-Marsa minħabba irregolaritajiet

Il-Pulizija għalqet it-Tiger Bar u stabbiliment ieħor fil-Marsa wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet.

L-ispezzjonijiet li twettqu f’Xatt il-Mollijiet saru mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta flimkien mal-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u tat-Taqsima tal-Immigrazzjoni. Kien hemm ukoll uffiċjali tad-Dipartament tas-Saħħa Pubblika.

Fl-ewwel spezzjoni li saret irriżulta li sid il-ħanut ma kellux l-liċenzja biex jopera bħala post li jbiegħ l-ikel. Persuna oħra li kienet qiegħda taħdem fl-imsemmi stabbiliment ma kelliex liċenzja valida biex taħdem u se jinħarġu l-akkużi fil-konfront tagħha.

L-uffiċjali tad-Dipartament tas-Saħħa Pubblika nnutaw wkoll diversi irregolaritajiet, inkluz nuqqas ta’ iġene u temperatura ħażina fil-freezers fejn jinżamm l-ikel.

Il-freezers ġew issiġġilati mill-uffiċjali tad-Dipartament tas-Saħħa Pubblika.

Fid-dawl ta’ dan sid il-ħanut ġie ordnat mill-Pulizija biex immedjatament jagħlaq u ġie infurmat li se jinħargu akkużi fil-konfront tiegħu fil-Qorti.

Fl-ispezzjoni tat-tieni ħanut instab li l-post kellu l-liċenzji kollha validi sabiex jopera, iżda l-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika nnutaw nuqqas ta’ iġene, bil-Pulizija tordna l-għeluq tal-ħanut.

Il-persuna li tieħu ħsieb il-ħanut ġiet infurmata li wkoll se taffaċċja akkużi relatati ma’ dan.

Fuq barra tal-ħanut il-Pulizija sabet ukoll raġel qed isajjar b’nuqqas kbir ta’ iġjene, bl-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika jinfurmawh li se jinħargu wkoll akkuzi kontrih.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija vverifikaw d-dokumenti li kellhom fuqhom numru ta’ persuni li kienu fuq barra tal-istabbilimenti.

Il-persuni li jieħdu ħsieb dawn l-istabbilimenti kkoperaw mal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend