Il-Knisja ħadet passi fil-każ tal-qassis mixli b’relazzjoni sesswali ma’ tifla – One News

Notifiki

Il-Knisja ħadet passi fil-każ tal-qassis mixli b’relazzjoni sesswali ma’ tifla

Qed ikun irrappurtat li l-Knisja f’Malta waqqfet qassis mill-ministeru pubbliku wara li affaċċja akkużi fil-Qorti li kellu relazzjoni ma’ tifla.

Fi dritt ta’ tweġiba, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li l-Kummissjoni tal-Knisja għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli ħadet l-azzjoni meħtieġa mingħajr preġudizzju biex jiġu mħarsa l-partijiet kollha fil-każ ta’ saċerdot li ġie akkużat li kellu relazzjoni ma’ tifla ta’ ħmistax-il sena.

Il-Knisja Maltija qalet li skont ma ntqal fil-Qorti mill-Prosekuzzjoni, din ir-relazzjoni bdiet ftit xhur qabel it-tfajla għalqet sittax-il sena, li hija l-età kunsenswali.

Intqal li kienet il-Kummissjoni tal-Knisja li ħadet passi fuq rapport li rċeviet u għaddiet il-każ f’idejn il-Pulizija għall-investigazzjoni, u kif tagħmel f’każijiet bħal dawn ħadet ukoll passi fil-konfront tal-qassis.

Il-Kummissjoni qalet li filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-kunfidenzjalità, appellat biex dejjem jiġu rrappurtati l-fatti.

Fid-dritt tat-tweġiba ma jissemma mkien jekk is-saċerdot akkużat b’relazzjoni sesswali ma’ tifla ġiex sospiż jew le.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend