Fil-Libanu: Tonqos it-tama li jinstabu ħajjin qalb it-tifrik – One News

Notifiki

Fil-Libanu: Tonqos it-tama li jinstabu ħajjin qalb it-tifrik

Seba’ persuni għadhom irrapportati nieqsa f’Bejrut wara l-isplużjoni li seħħet fil-Kapitali Lebaniża x-xahar li għadda, u fil-fatt l-awtoritajiet qalu li issa kompliet tonqos it-tama li dawn jinstabu ħajjin qalb il-bini meqrud.

Ħaddiema tas-salvataġġ komplew bit-tfittxijiet tagħhom qalb it-tifrik wara tagħmir apposta indika li possibilment għad hemm persuni ħajjin maqbuda qalb il-bini mwaqqa’.

Matul il-jum tal-Ġimgħa Bejrut fakkret ix-xahar minn dan l-inċident li ħasad il-ħajja ta’ kważi 200 persuna, b’eluf oħra indarbu waqt l-isplużjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend