ARA: Il-mument li l-Pulizija Spanjola arrestat it-tielet suspettat tal-omiċidju doppju – One News

Notifiki

ARA: Il-mument li l-Pulizija Spanjola arrestat it-tielet suspettat tal-omiċidju doppju

Filmat li ttella’ fuq is-sit tal-Pulizija Nazzjonali Spanjola qed juri l-mument tal-arrest ta’ Jesper Kristiansen, ir-raġel ta’ nisel Daniż li kien qed jistaħba f’akkomodazzjoni f’Cádiz fi Spanja.

Huwa mistenni jitressaq quddiem Qorti Spanjola fejn mistenni jiġi deċiż jekk ir-raġel jiġix estradit lejn Malta sabiex jibda jaffaċċja akkużi ta’ omiċidju doppju tat-tabib Pandolfino s-sieħeb tiegħu kif ukoll fl-involviment tiegħu f’serqa u li ħarab mill-pajjiż.

Il-Pulizija arrestat ukoll lil Daniel Muka u Viktor Dragomanski u din il-ġimgħa bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Muka.

L-Erbgħa li ġej mistennija tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Dragomanski.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend