Oħt Chris Pandolfino tirringrazzja lill-korp tal-pulizija għax-xogħol li wettqu sabiex inqabad min qatel lil ħuha – One News

Notifiki

Oħt Chris Pandolfino tirringrazzja lill-korp tal-pulizija għax-xogħol li wettqu sabiex inqabad min qatel lil ħuha

Oħt Chris Pandolfino, wieħed mill-vittmi fil-qtil doppju f’Tas-Sliema, Daniela Pandolfino, irringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija tad-dedikazzjoni u x-xogħol li qegħdin jagħmlu f’dan il-każ.

Il-pulizija rnexxielhom jarrestaw u jressqu l-Qorti żewġ persuni; Daniel Muka, is-suspettat ewlieni u lil Victor Dragomanski li allegatament ukoll kien parteċipi f’dan l-omiċidju. Il-pulizija rnexxielha tintraċċa wkoll it-tielet suspettat li kien ħarab lejn Spanja iżda b’ħidma mal-pulizija Spanjola, dan ir-raġel mistenni jiġi estradit lejn pajjiżna.

Daniela Pandolfino rringrazzjat b’mod speċjali lill-investigaturi ewlenin f’dan il-każ u saħqet li tinsab impressjonata b’xogħolhom.

Il-Korp tal-Pulizija rringrazzjaw lil Pandolfino tat-tifħir u stqarru li dan il-kliem jimlihom b’kuraġġ u motivazzjoni wara sigħat u jiem twal ta’ investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *