Notifiki

Għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Mula

Il-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Mula, f’Ħaż Żebbuġ qed issirlu manutenzjoni mill-Ħaddiema tad-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif.

Dan hekk kif qed ikunu rranġati l-passaġġi u l-ħitan, b’dawn tal-aħħar jitkaħlu u jitbajdu mill-ġdid. Dan filwaqt li qed ikunu rranġati l-kurduni tal-bankini filwaqt li jitnaddfu l-partijiet pubbliċi għall-benediċċju tar-residenti.

Wara li sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fin-nursery tal-futbol ta’ Żebbuġ Rangers FC, issa ġew allokati €35,000 għal dawn ix-xogħlijiet f’Ħal Mula.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista stqarr li dan ix-xogħol huwa parti minn diversi xogħlijiet simili li qed jagħmel is-Segretarjat.

Huwa qal: “Il-Cleansing u l-Maintenance division qed iddur diversi nħawi lil hinn mir-remit biex inkomplu ngħinu il-komunitajiet, il-lokalitajiet, il-kunsilli biex l-ispazji li għandhom bżonn daqsxejn ta’ Maintenance intuhulhom.”

Waqt żjara fil-qasam tad-djar ta’ Ħal Mula il-Ministru għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli stqarret kif id-diviżjoni d-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif kienet waħda mill-aktar entitajiet li tul din is-sena baqgħet qrib tal-komunità

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli sostniet: “Il-komunità rat dan id-dipartiment qrib il-familji permezz tat-tindif li kien għaddej u għadu għaddej tul il-pandemija. Parti mill-ħidma ta’ dan il-unit tiffoka fuq manutenzjoni.”

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Manutenzjoni u t-Tindif, Ramon Deguara spjega kif bħalissa għaddej xogħol f’diversi lokalitajiet u binjiet governattivi.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Deguara spjega: “Għaddejjin diversi xogħlijiet oħrajn f’diversi għaqdiet sportivi, NGOS, fejn jitolbuna l-għajnuna u aħna lesti li nassistu. Apparti x-xogħol ta’ rutina li nagħmlu ta’ kuljum, dak li huwa ta’ tindif, manutenzjoni u diżinfettar fit-toroq kollha madwar il-pajjiż.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend