L-eks plejers ta’ Manchester United Denis Irwin, Bryan Robson u Quinton Fortune sajru ikliet Maltin.
Dan bħala parti mill-promozzjoni ta’ pajjiżna bl-isem ta’ A Taste of Malta, hekk kif Malta hija d-destinazzjoni uffiċjali ta’ wieħed mill-ikbar klabb tal-futbol fid-dinja, Manchester United.
Fit-tliet filmati li telgħu fuq Instagram u YouTube, dawn it-tliet eks plejers tar-Red Devils sajru ikliet Maltin, fosthom pastizzi, ħut u xi ħaġa tal-ħelu.
Permezz ta’ dawn il-filmati, nies minn madwar id-dinja li jsegwu dan il-klabb Ingliż jistgħu jsajru dawn l-ikliet Maltin, hekk kif jistgħu jsibu l-ingredjenti u r-riċetti ta’ dawn l-ikliet Maltin.