Appell lill-kumpaniji biex iżommu lill-ħaddiema fl-impjieg għax l-ekonomija ser tirpilja – One News

Notifiki

Appell lill-kumpaniji biex iżommu lill-ħaddiema fl-impjieg għax l-ekonomija ser tirpilja

Il-baġit Ewropew ta’ iżjed minn żewġ biljun ewro li Malta kisbet għas-snin 2021-2027, ser jagħti garanzija ta’ iktar xogħol għal ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Saħaq dan il-Ministru għad-djalogu soċjali Carmelo Abela waqt li kien qed jindirizza sessjoni ta’ informazzjoni organizzata mill- MEUSAC.

Il-Ministru Abela, saħaq li l-gvern u s-sħab soċjali għandhom jibqgħu jaħdmu flimkien sabiex jibqgħu jiġu salvati l-impjiegi f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Appella lis-sħab soċjali sabiex jaraw li l-kumpaniji jżommu l-ħaddiema fl-impjieg, hekk kif l-ekonomija ser tkun qed tirpilja

Saħaq li bħala Unjoni Ewropea, kif ukoll bħala pajjiż, għandna nimmiraw għat-tkabbir ekonomiku, ninvestu aktar, inkluż f’setturi ġodda bħal dawk diġitali u l-ekonomija l-ħadra, u mhux immorru għal miżuri ta’ awsterità.

Il-Ministru Abela stqarr, “Fejn jidħol in-nuqqas ta’ xogħol pajjiżna kkontrolla n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u qed naraw anzi li fejn ħadieħor qed ikollu żieda ta’ 0.4% anki fil-qgħad pajjiżna qed ikollu tnaqqis ta’ 0.4%. Dan ifisser li huwa mportanti li nkomplu naħdmu flimkien bħala gvern u bħala sħab soċjali biex iva nipproteġu x-xogħol u l-ħaddiema tagħna.”

Il-Ministru Carmelo Abela ssemma l-qbil storiku li laħqu ftit tal-ġimgħat ilu l-Mexxeja tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Bil-Prim Ministru Robert Abela nnegozja pakkett ta’ żewġ biljun u mitejn u ħamsin miljun ewro għal Malta għas-seba’ snin li ġejjin.

Qal li dan huwa baġit storiku u bla preċedent għaliex permezz tiegħu ser jiġu garantit iktar impjiegi u reżiljenza f’diversi oqsma, fosthom is-saħħa u l-irkupru ekonomiku sostenibbli.

Il-Ministru Carmelo Abela faħħar l-ħidma tal-MEUSAC li xogħolha huwa li tressaq l-fondi qrib in-nies billi tkun ta’ spalla għal diversi entitajiet bħal għaqdiet mhux Governattivi u Kunsilli sabiex japplikaw għal fondi. Mill-bidu tas-sena s’issa diġà ġew sottomessi ftit aktar minn 75 applikazzjoni permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend